Ħsieb tat-TIELET JUM tan-NOVENA
Fr. Nicholas Cachia
F’din iċ-ċelebrazzjoni tal-lejla għandna magħna koppji li żżewġu matul...
meta tħarsu lura lejn il-ħajja miżżewwġa tagħkom, tistgħu tgħidu li għamiltuh dan? Ftaħtu
darkom u ħajjitkom għal din il-p...
Ħsieb ieħor li xtaqt naqsam magħkom illum. Fi ħdan il-familja, Marija tgħallmet is-sbuħija
tal-imħabba li sservi u tingħat...
of 3

Priedka 3 novena

Published on: Mar 4, 2016
Source: www.slideshare.net


Transcripts - Priedka 3 novena

  • 1. Ħsieb tat-TIELET JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia F’din iċ-ċelebrazzjoni tal-lejla għandna magħna koppji li żżewġu matul din is-sena u oħrajn li qegħdin jiċċelebraw xi anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Minn qalbi nixtieq nawguralkom ħafna f’din l-okkażjoni. L-awguri tiegħi nixtieq li nwassalhom permezz tal- messaġġ li nħoss li Marija Bambina trid twassal lilna lkoll f’dan il-waqt. Qegħdin niċċelebraw it-twelid ta’ din it- tarbija lill-koppja li skont it-tradizzjoni kienet pjuttost kbira fl-età, Ġwakkin u Anna. Kien ippressjonani mużajk tassew sabiħ li rajt fil-Knisja (illum Mużew) ta’ San Salvatur f’Chora, Istanbul, it-Turkija. Hemm rappreżentazzjoni ta’ Ġwakkin u Anna flimkien maċ-ċkejkna Marija mgħannqin flimkien f’forma ta’ qalb. Iċ- ċkejkna Marija, f’nofshom, għandha għajnejha fissi jħarsu ’l fuq waqt li subgħajha wkoll qed jindikaw fid- direzzjoni tas-sema. Huwa mużajk li jkellimna fuq l-importanza kbira li għandha l-familja anke fil-ħajja u l- missjoni tal-Madonna. Marija kienet tassew magħżula minn Alla biex tkun Omm Alla. Imma, kif jiġri lilna, jekk żerriegħa ma ssibx ambjent tajjeb, ma tkunx tista’ tikber. L-ambjent li sabet Marija kien wieħed li għinha tkun miftuħa, tagħraf u twieġeb b’qalbha kollha għas- sejħa li l-Mulej kien qiegħed jagħmlilha. Ġwakkin u Anna kienu persuni mimlijin b’sens qawwi ta’ fidi, dejjem attenti għal dak li Alla kien qed jitlob minnhom. Żgur li bl-eżempju u bil-kliem tagħhom għaddew dan is-sens lit-tifla tagħhom, Marija. F’messaġġ li bagħat il-Brażil f’nofs dan ix-xahar ta’ Awwissu fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Nazzjonali tal-Familja, il-Papa Franġisku jitkellem mill-missjoni nobbli u esiġenti li għandhom il-ġenituri fil-formazzjoni ta’ uliedhom. Hu jgħid li l-ġenituri huma “l-ewwel kollaboraturi ta’ Alla fl-orjentament fundamentali tal-eżistenza u fil-garanzija ta’ futur tajjeb.” Dan ifisser li x’direzzjoni se jagħtu l-ulied lill-ħajja tagħhom jiddependi ħafna mill- għażliet li jagħmlu l-ġenituri, mill-mod kif huma jitkellmu mat-tfal tagħhom, kif igħinuhom jaffrontaw sitwazzjonijiet differenti fil-ħajja tagħhom. Kemm se jħallu li jkunu l-valuri tal- Evanġelju li jsawwru l-mod ta’ ħsieb u ta’ raġunar tagħhom? Papa Franġisku jsemmi wkoll dak li kiteb fl-Ewwel Enċiklika tiegħu, Lumen Fidei, fejn qal li huwa importanti li “l-ġenituri jikkultivaw prattiki komuni ta’ fidi fi ħdan il-familja, li jgħinu fil-maturazzjoni tal-fidi tat-tfal” (par. 53). Ippermettuli nsaqsi ftit lilkom għeżież koppji miżżewġin: x’ambjent qed toħolqu fi ħdan il-familja tagħkom? Hemm post għal Alla, jew narawh żejjed, jew forsi nirrikorru lejh biss fil-mumenti tal-ħtieġa? Meta intom iżżewwiġtu bi żwieġ nisrani, intom ridtu tiftħu l-imħabba ta’ bejnietkom għall-preżenza ta’ Alla. Illum,
  • 2. meta tħarsu lura lejn il-ħajja miżżewwġa tagħkom, tistgħu tgħidu li għamiltuh dan? Ftaħtu darkom u ħajjitkom għal din il-preżenza ta’ Alla-mħabba? Għeżież ġenituri, intom imsejħin biex permezz tal-kliem tagħkom u, l-iktar, permezz ta’ dak li tagħmlu, twasslu l- veritajiet fundamentali fuq il-ħajja u fuq l-imħabba umana, veritajiet li jkunu mdawlin bid-dawl tal-Aħbar it-Tajba li jagħtina Ġesù. Kemm nistgħu ngħidu li qegħdin nagħmluh dan? Insemmi każ wieħed li baqa’ mmarkat f’qalbi. Darba, kont qiegħed inbierek u omm qaltli biex ngħid lil bintha biex tibda tmur il-quddiesa tal-Ħadd. Jien dort fuq it-tifla ta’ madwar 10 snin u staqsejtha għalfejn kienet qegħdha ssibha diffiċli tmur. Hi weġbitni: “għaliex il-mama’ ma teħodnix!” Il-kliem iqanqal, imma l-eżempju hu li jkaxkar, jgħid il- Malti! Naturalment, irridu nżommu quddiem għajnejna li l-familja mhijiex l-uniku kuntest li fih jitrawwmu l-ulied. Hemm ħafna influwenzi oħrajn, li forsi iktar ma jikbru t-tfal iżjed isiru qawwija, u l-ġenituri iħossuhom helpless, ma jistgħu jagħmlu xejn quddiem il-forza tagħhom. Imma ma rridux naqtgħu qalbna. Jekk nippruvaw noħolqu ambjent pożittiv u nisrani fi ħdan il-familja, fejn it-tfal iħossuhom maħbubin u jistgħu jimirħu b’libertà biex ikabbru t-talenti tagħhom, allura anke jekk jagħmlu esperjenzi oħra, se jħossuhom safe d-dar, u eventwalment jirritornaw għal dawk il-valuri li jkunu rċevew minn hemm. Ma rridx ninsa nsemmi hawn il- qawwa kbira li għandu t-talb li jagħmlu l-ġenituri għal uliedhom. Din il-ġimgħa li għaddiet għamilna l-festa ta’ Santa Monika li tant talbet u xerrdet dmugħ għal binha Wistin. Kien talb li żgur serva biex Wistin isib il-verità sħiħa f’Alla u jħaddanha b’qalbu kollha. Papa Franġisku, fil-messaġġ lill-Knisja tal- Brażil, isemmi b’mod partikulari l-fatt li qed ngħixu f’kultura tal-iskart (waste bl-Ingliż). Hija kultura li tirrelativizza l-valur tal-ħajja tal-bniedem. Hija dik it-tip ta’ mentalità li tgħidlek ‘inti tajjeb daqskemm tipproduċi, daqskemm inti effiċjenti’. Il-ġenituri huma msejħin li jgħinu lil uliedhom japprezzaw li kull ħajja, sa minn ġol-ġuf tal-omm, għandha tiġi mħarsa. Kull ħajja hija don ta’ Alla li aħna rridu nkunu tassew grati lejh. Dan l-aħħar iltqajt ma’ storja tassew sabiħa miċ-Ċili. Fl-1984, mara tqila marret għand il-gynaecologist biex tara kif kienet sejra t-tqala tagħha. It-tabib taha parir li tneħħi kollox minħabba li hu kien qiegħed jara malformazzjoni kbira fit-tarbija. Hi ddeċidiet li tkompli bit-tqala, ikun x’ikun. Wasal jum it-twelid. Ma ħarġitx tarbija malformata imma ħarġu tewmin subien identiċi. Is-sena li għaddiet dawn iż-żewġ ġuvintur, Felipe u Paulo, ġew ordnati t-tnejn saċerdoti! Kull ħajja hija sabiħa. Kull ħajja trid tiġi rispettata.
  • 3. Ħsieb ieħor li xtaqt naqsam magħkom illum. Fi ħdan il-familja, Marija tgħallmet is-sbuħija tal-imħabba li sservi u tingħata. Fi ħdan il-familja, Marija tgħallmet twessa’ l-qalb tagħha għal ideali kbar, tgħallmet tħares ’il bogħod. Se nerġa’ nagħmel riferenza għall-Enċiklika tal- Papa Franġisku, Lumen Fidei, fejn jitkellem dwar iż-żgħażagħ fi ħdan il-familja. Igħidilna: “Iż-żagħżagħ għandhom xewqa għal ħajja fil-milja tagħha. Il-laqgħa ma’ Kristu, li jħallu lilhom infushom jinġibdu u jitmexxew mill-imħabba tiegħu iwessa’ l-orizzont tal-eżistenza, jimlihom b’tama soda li ma tqarraqx. Il-fidi mhijiex kenn għal nies li m’għandhomx kuraġġ, imma hija t-twessiegħ tal-ħajja. Hija tgħinna niskopru sejħa kbira, is-sejħa għall-imħabba. Tassigurana li nistgħu nafdaw din l-imħabba u li ta’ min jagħti lilu nnifsu għaliha, għaliex il- pedament tagħha jinsab fil-fedeltà ta’ Alla, li hi iktar qawwija minn kull dgħufija tagħna” (n. 53). Għax Marija ma beżatx u ngħatat ruħha u ġisimha għas-servizz ta’ din l-imħabba, għaliex Marija żammet ideal kbir u għoli fil-ħajja tagħha, aħna llum qegħdin nifirħu bil-qdusija tagħha. Għax Marija kienet kuraġġuża u għażlet lil Alla fil-ħajja tagħha, għamlet differenza kbira fil-ħajja tal-umanità u fil-ħajja tagħna, għax tatna lil Ġesù, Alla-mħabba li sar bniedem għalina u għas-salvazzjoni tagħna. L-aħħar kelma: it-talb fil-familja jiftaħna għal dawn l-ideali kbar fil-ħajja tagħna, iwessagħlna ’l qalbna. Ejjew nagħżlu li nsibu ħin biex nitolbu flimkien bħala familja. Talba li hi żgur għal qalb Marija Bambina hija t-talba tar- Rużarju li fiha naħsbu flimkien ma’ Marija (“fl- iskola ta’ Marija” kien iħobb igħid il-Beatu Ġwanni Pawlu II) fuq il-misteri tal-fidwa tagħna. Ejjew illejla nitolbu lil Marija Bambina għall-familji tagħna biex ikunu tassew post fejn titrawwem il-fidi, tissawwar il-qalb għall-imħabba, tinfetaħ il-qalb għall-Kelma ta’ Alla, u l- ulied isibu ambjent sabiħ u sân fejn jirċievu l-valuri nsara u jitgħallmu jħobbu u jingħataw lill-oħrajn b’ġenerożità. Nitolbu wkoll għal dawk il-familji li għaddejjin minn diffikultajiet sabiex iħarsu lejn Marija u jitolbuha tinterċedi għalihom u turihom it-triq tal-ftehim, tal- għaqda, tal-maħfra u tal-imħabba. Talba tal-Beata Tereża ta’ Calcutta O Marija, Ommna l-iżjed għażiża, agħtini ’l qalbek hekk sabiħa, hekk safja, hekk bla tebgħa, ’l qalbek hekk mimlija bl-imħabba u bl-umiltà biex inkunu nistgħu nilqgħu lil Ġesù fil-Ħobż tal-Ħajja, biex inħobbuh kif kont tħobbu int, u biex naqduh fid-dehra ta’ niket tal-ifqar fost il- fqar. Ammen.

Related Documents